Tuesday, November 19, 2024

Ivan Toney qed jiffaċċja sospensjoni għall-kumplament tal-istaġun

Aqra wkoll

Ivan Toney wieġeb ħati ta’ ‘ħafna’ mill-262 akkuża kontrih, dwar imħatri fuq logħbiet tal-football biex issa qed jiffaċċja sospensjoni għall-kumplament tal-istaġun. 

Lura f’Novembru, l-attakkant ta’ Brentford ikkonferma li kien qed jgħin lill-Football Association ’investigazzjoni dwar 232 ksur tar-regoli tal-imħatri tagħhom.

L-FA Ingliża żvelat li Toney ġie akkużat b’kondotta ħażina talli allegatament kiser ir-regola E8 tal-FA, li tkopri l-perjodu mill-25 ta’ Frar 2017 u t-23 ta’ Jannar 2021.

Huwa tħalla barra mill-iskwadra tal-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja, għalkemm kien rappurtat li Gareth Southgate ma kienx impressjonat bit-taħriġ tiegħu fl-iskwadra nazzjonali u ma kellu x’jaqsam xejn mal-akkużi kontra tiegħu. 

Sport