Friday, November 15, 2024

Ivan Tony akkużat bi ksur tar-regoli fuq l-imħatri

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Brentford, Ivan Toney, qed jiġi akkużat b’allegat ta’ 262 ksur tar-regoli fuq l-imħatri tal-FA Ingliż, wara li ġie akkużat bi 30 oħra din il-ġimgħa.

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena kien akkużat b’allegat ta’ 232 ksur f’Novembru li għadda u nhar it-Tlieta li għadda saru 30 akkuża oħra fil-konfront tiegħu. 

Kelliem tal-FA qal: “Ivan Toney ġie akkużat b’kondotta ħażina fir-rigward ta’ allegat ksur tar-Regoli tal-Imħatri tal-FA.

“Minbarra l-akkuża preċedenti, huwa allegat li l-attakkant ta’ Brentford kiser ir-Regola E8 tal-FA 30 darba oħra bejn l-14 ta’ Marzu 2017 u t-18 ta’ Frar 2019. 

“Ivan Toney għandu sal-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2023 biex jipprovdi tweġiba.”

Ir-rappreżentanti legali tal-FA u Toney qed janalizzaw dawn l-allegati reati kollha tal-imħatri, bl-attakkant irid iwieġeb għal kull wieħed u waħda minnhom. 

Ekonomija

Sport