Inewsmalta.com huwa nfurmat li matul il-ġurnata tal-lum, individwu jew individwi mhux magħrufa vvandalizzaw bank tal-granit li tpoġġa biex jonora l-memorja ta’ Anita Gray, li mietet fl-2018. Dan il-bank li jinsab fiż-żona tat-Torri l-Aħmar, ġie kkummisjonat mir-raġel ta’ Anita stess.
Din mhux l-ewwel darba li dan il-bank safa fil-mira ta’ atti vandali. Fil-fatt ix-xahar li għadda dan il-bank kien ivvandalizzat.
Anita kienet iffirmat biex wara mewtha, il-ġidem ta’ Anita jingħata lill-Università ta’ Malta biex ikun użat bħala mezz ta’ studju.