Fl-aħħar sigħat persuna jew persuni mhux magħrufa vvandalizzaw l-irħama li tfakkar il-ftuħ tal-proġett Central Link.
F’post fuq Facebook, Infrastructure Malta qalet li se tkun qed tirrestawra dan il-vandaliżmu.
Fl-istess waqt hija appellat lil kull min għandu tagħrif dwar dan ir-reat biex iċempel lill-Pulizija.