Sunday, December 22, 2024

Iweġġa’ gravi f’ħabta bejn tliet vetturi f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġa’ gravi f’ħabta bejn tliet vetturi f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-4.00 a.m. Fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki SX4 misjuqa mir-raġel ta’ 34 sena, Toyota C-HR misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta u trakk Iveco Magirus misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti Ħal Luqa. 

Ir-raġel ta’ 34 sena, li sofra xi ġrieħi fl-inċident, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Iż-żewġ sewwieqa l-oħra ma sofrewx ġrieħi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ 

Ekonomija

Sport