Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tat-3:15 p.m kien involut f’inċident ma’ mutur ieħor fi Triq il-Kappuċċini fir-Rabat Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ muturi tat-tip Piaggio Vespa GTS u Honda Hornet 600, bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa’. Is-sewwieq tal-Piaggio, raġel 34 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex sofra xi ġrieħi wara li waqa’, filwaqt li l-ieħor, Taljan ta’ 54 sena residenti r-Rabat Għawdex, ma weġġax.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel midrub lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.