Wednesday, December 25, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Għawdex

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Wied il-Għasri fl-Għasri.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Għasri u karozza Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Għarb.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport