Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Misraħ l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena u residenti San Pawl il-Baħar kien tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Piaggio li kien qiegħed isuq u waqa’.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.