Tuesday, December 24, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Iklin weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 a.m. xħin seħħet ħabta bejn karozza BMW misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti l-Mellieħa u mutur Honda, misjuq mir-raġel ta’ 31 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport