Raġel ta’ 45 sena residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fl-Imsida.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.30 p.m. fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart misjuqa minn Taljana ta’ 40 sena residenti l-Mosta u mutur Honda WW125 misjuq mir-raġel ta’ 45 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.