Raġel ta’ 58 sena, residenti Birkirkara, għall-ħabta tal-10.30a.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Moden, tilef ilkontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

