Monday, December 23, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajsielem

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ għall-ħabta tas-1.00a.m. fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn sabet karozza Smart Fortwo li kienet misjuqa mir-raġel maħbuta fil-ġenb tat-triq. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lir-raġel. 

Ix-xufier ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport