Sunday, April 28, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li għall-ħabta tas-5:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Għajn Tuffieħa fl-Imġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 520 misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Sport