Monday, November 11, 2024

Iweġġa’ gravi l-uffiċjal ta’ TM involut fil-ħabta f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kien involut f’inċident f’Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Funcargo misjuq minn raġel ta’ 53 residenti Ħal Għaxaq u Toyota Aygo misjuqa minn Kanadiż ta’ 42 sena. Wara li seħħet il-ħabta bejn dawn iż-żewġ vetturi, intlaqat ukoll mutur misjuq minn uffiċjal ta’ Transport Malta ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel assistenza fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sport