Raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ wara li sfronda saqaf ta’ residenza waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.45am, fi Triq il-Qrendi, iż-Żurrieq. Ir-raġel kien qiegħed fuq saqaf b’makkinarju żgħir.
Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li wara li nħareġ mill-post, ittieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D li ħatar inkjesta, mgħejjun minn esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post taxXogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

