Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-1.00am kien involut f’inċident tat-traffiku Triq Ġuzè Pace, il-Ħamrun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Marsa u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Fgura.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport