Saturday, December 21, 2024

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u żewġ karozzi fl-Imsida

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 65 sena weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tan-12.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Nissan Leaf misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti Tal-Pietà, Citroen C5 misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti San Ġiljan u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti l-Imsida.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport