Sunday, December 22, 2024

Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur fi Triq l-Imdina

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li s-sewwieq tal-mutur li għall-ħabta tat-3.00pm kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq l-Imdina r-Rabat hu raġel ta’ 40 sena residenti San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Ducati, tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt tas-sejjieħ .

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel jiddaħħal l-isptar b’urġenza wara ħabta bil-mutur fir-Rabat

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina fir-Rabat.

Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq fid-direzzjoni lejn il-Mosta meta waqa’ minn fuq il-mutur u spiċċa xi metri bogħod mill-istess mutur tiegħu.

S’issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm vettura oħra involuta f’dan l-inċident.

Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku eskortat minn uffiċjali ta’ Transport Malta li ħadu lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport