Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-7:20 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Belġjan ta’ 27 sena residenti Birżebbuġa kien qiegħed isuq Land Rover meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat f’barikati.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew lis-sewwieq sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.