Thursday, April 25, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ħabat ġo arblu tad-dawl fl-Imsida

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti l-Ħamrun, kien qiegħed
isuq vann tat-tip Toyota Hiace , tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ arblu tad-dawl.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport