Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 p.m kien involut f’inċident fi Triq il-Baħrija f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena kien qiegħed jiftaħ bieb ta’ garaxx meta vann tal-għamla Toyota Dyna niżel għal fuqu.
Fil-post issejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, pulizija u tim mediku li assistew sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.