Sunday, December 22, 2024

Iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-mutur fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur, tat-tip Kawasaki, u nqaleb. 

L-inċident seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport