Sunday, April 28, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat min ħadida f’San Ġwann

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’maħżen li jinsab fil-Qasam Industrijali ta’ San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet illi sar irriżulta li raġel ta’ 61 sena residenti Birkirkara kien qed jaħdem u ntlaqat minn ħadida li waqgħet waqt li kienet qed tinġarr permezz ta’ forklifter.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport