Raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara ittieħed l-isptar Mater Dei għall-aktar kura wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-11:00 a.m f Triq l-Avjazzjoni, f’Ħal Luqa.
Minn investigazzjoni preliminari iriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Duet, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 49 sena residenti l-Imsida.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.