Sunday, May 5, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ittieħed lejn l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:40 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Peugeot 307, misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar u Renault Megan, li kienet wieqfa mal-ġenb tat-triq.

Raġel ta’ 61 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll, li kien quddiem il-karozza Renault intlaqat kawża tal-inċident.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 61 sena lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport