Friday, November 1, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vann fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Żewġt irġiel iddaħħlu l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tas-6:45 a.m., kienu involuti f’inċident stradali li seħħ fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li waqt li raġel ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun kien qed isuq vann tat-tip Isuzu NKR, ħabat ġo vann ieħor tat-tip Iveco Eurocargo li kien wieqaf mal-ġenb tat-triq. Jidher ukoll li waqt l-impatt raġel ta’ 47 sena residenti l-Imdina ntlaqat mill-vann. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġt irġiel sakemm dawn setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanzi li ssejħu fuq il-post. Aktar tard, ir-raġel li ntlaqat mill-vann ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier tal-vann ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief. 

L-investigazzjonijiet tal-Puzliija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport