Wednesday, December 25, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-12:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Louis Wettinger il-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 38 sena  kien tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq tal-għamla BMW 420D u konsegwentament ħabat fi crash barrier.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard irriżulta li kien sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport