Friday, November 15, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li l-Ħamis għall-ħabta tat-8:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Burmarrad f’San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel raġel ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq karozzza tat-tip Daihatsu, tilef il-kontroll u ħabat fi crashbarriers. Konsegwentament, id-Daihatsu ħabtet ma’ karozza tal-għamla Otokar Kent 280 LF, li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel ta’ 47 sena sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident.

Ekonomija

Sport