Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., kien involut f’inċident fi Triq ix-Xatt, Bormla.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi, tilef il-kontroll tal-mutur Honda CBF li kien qed isuq u waqa’.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.