Thursday, December 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żabbar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Triumph Speedmaster, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport