Wednesday, July 24, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Mitħna Ħal Qormi

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Albaniż ta’ 32 sena residenti Ħad-Dingli, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, Kymco Agility, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Ekonomija

Sport