Friday, November 22, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-11:30 p.m ., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qrendi fiż-Żurrieq

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti ir-Rabat, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Yamaha, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Sport