Saturday, October 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena residenti Birżebbuġa, għall-ħabta tat-3.00a.m. kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Marsa-Ħamrun bypass.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport