Friday, November 15, 2024

Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u ħabat f’siġra f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-6:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 35 sena mix-Xgħajra kien qiegħed isuq Ford Fiesta meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ siġra.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport