Ħaddiem weġġa’ gravi wara li aktar kmieni kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Santa Katerina f’Ħal Għargħur.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kien waqa’ biċċa minn ħajt fuq raġel ta’ 37 sena mill-Imtarfa waqt li kien qiegħed isir xi xogħol.
Tim mediku ta l-ewwel assistenza lill-ħaddiem midrub sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.