Monday, November 25, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li llum għall-ħabta tal-05:00 p.m. kien involut f’inċident ġewwa residenza privata fi Triq iz-Zewwieqa, Għajnsielem.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti Kerċem weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet u waqa’ madwar sular minn fuq fallakka.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport