Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-3.00 p.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq it-Torri Wejter f’Birkirkara.
Minn sstħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid kien waqa’ madwar tliet sulari.
Xi ħaddiema li kien hemm fuq il-post assistew lir-raġel u ħaduh lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.