Saturday, December 21, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq bawżer f’Kordin

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fil-qasam industrijali ta’ Kordin.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem ta’ 51 sena residenti Ħaż-Żebbuġ kien waqa’ minn fuq bawżer. 

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza  li ssejħet fil-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport