Sunday, November 3, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li llum għall-ħabta tas-13:00 p.m kien involut f’inċident, fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qiegħed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport