Friday, December 27, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq mutur f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 54 sena u joqgħod il-Fgura weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-każ seħħ illum għall-ħabta tas-1.30pm fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport