Thursday, December 26, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 27 sena mill-Gambja weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.00 p.m. fi Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport