Friday, November 15, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tat-08:30 a.m kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol, f’binja fi Triq il-Marfa, Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li ħaddiem Taljan ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ minn fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport