Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-1:15 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza fi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li Eritrean ta’ ta’ 35 sena residenti l-Imsida kien waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn gallarija.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. Huwa ngħata l-ewwel assistenza fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.