Tuesday, May 14, 2024

Iweġġa’ gravi wara li żelaq u waqa’ fuq il-blat fl-Imġarr

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li llum għall-ħabta tal-11:15 a.m. kien involut f’inċident ġewwa ġewwa il-Bajja tal-Qarraba, l-Imġarr.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ wara li żelaq waqt li kien miexi waħdu fuq il-blat u waqa’.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport