Friday, December 27, 2024

Iweġġa’ serjament wara li ntlaqat minn vettura fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, indarab serjament wara li ntlaqat minn vettura fil-Ħamrun. 

L-inċident seħħ aktar kmieni, għall-ħabta tal-00.15 a.m., fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien intlaqat minn Toyota Passo misjuqa minn Ingliż ta’ 27 sena residenti l-Isla.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. 

B’rabta ma’ dan il-każ, ġie infurmat ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport