Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tan-12:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Ħal Għaxaq.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Tarxien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.