Saturday, January 11, 2025

Iweġġa’ serjament wara li waqa’ sular f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m., weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Alessandro Curmy, ir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Sirjan ta’ 26 sena residenti Bormla kien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport