Friday, May 3, 2024

Iweġġa’ serjament wara li waqa’ u ħabat rasu f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 a.m., kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Nardu Sacco, iż-Żurrieq. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ wara li waqa’ mal-art u ħabat rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-imsemmija sit. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li fetaħ inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport