Raġel barrani mil-Latvja kien involut f’inċident fir-Rabat fejn għal xi raġuni baqa’ dieħel f’ħajt waqt li kien qed isuq ir-rota.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m. Minnufih issejjaħ tim mediku fuq il-post fejn seħħ l-inċident u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
S’issa għadu mhux magħruf x’inhuma n-natura tal-ġrieħi li qed isofri minnhom.
Aktar dettalji kif jaslulna…