Wednesday, December 25, 2024

Iweġġgħu bosta partitarji fil-Messiku

Aqra wkoll

Mill-inqas 26 persuna weġġgħu meta faqqgħet il-vjolenza fost il-folla f’partita mill-aqwa fil-Messiku. Il-konfront tal-Liga MX bejn Queretaro u Atlas ġie abbandunat wara 63 minuta meta l-ġlied inxerred fil-ground ta’ La Corregidora.

Xi players ippruvaw jikkalmaw lill-partitarji qabel ma ntbagħtu fil-dressing-rooms. Tliet persuni weġġgħu gravi, u 26 partitarju ttieħdu l-isptar.

“Anke jekk m’hemm l-ebda mwiet, ma nistgħux ngħidu li din mhix traġedja,” qal il-gvernatur tal-istat ta’ Queretaro, Mauricio Kuri, nhar il-Ħadd.

Huwa żied jgħid li, mis-26 persuna li ttieħdu l-isptar, tlieta ħarġu, iżda “tlieta jinsabu f’qagħda gravi, 10 fi stat delikat u l-10 l-oħra mhumiex serji”.

Il-FIFA sejħet il-vjolenza bħala “inaċċettabbli u intollerabbli”. Fi stqarrija, hija żiedet tgħid: “Inħeġġu lill-awtoritajiet lokali biex jagħmlu ġustizzja malajr lil dawk responsabbli. Il-ħsibijiet tagħna huma ma’ dawk kollha li sofrew il-konsegwenzi tagħha.”

Ekonomija

Sport